Jistgħu jsiru mat-800 test kuljum fil-laboratorju tal-isptar għall-COVID-19 – One News

Notifiki

Jistgħu jsiru mat-800 test kuljum fil-laboratorju tal-isptar għall-COVID-19

Pajjiżna żied il-kapaċità tat-testijiet għall-Coronavirus.

Fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li fil-laboratorju tal-isptar Mater Dei, fejn jittieħdu l-kampjuni tat-testijiet li jsiru fuq il-persuni suspettati bil-virus COVID-19, jistgħu jsiru mat-800 test kuljum.

Fl-aħħar jiem, il-medja tat-testijiet f’24 siegħa kienet qed tkun ftit aktar minn 600.

Id-Deputat Prim Ministru saħaq fuq l-importanza tat-testijiet sabiex jekk ikun hemm nies infettati bil-virus jinqabdu minnufih.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *