Illum fl-Italja mietu 760 persuna bil-Coronavirus…żieda ta’ mwiet minn dak tal-bieraħ – One News

Notifiki

Illum fl-Italja mietu 760 persuna bil-Coronavirus…żieda ta’ mwiet minn dak tal-bieraħ

Fl-Italja, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa mietu seba’ mija u sittin ruħ wara li kienu nfettati bil-COVID-19. In-numru ta’ persuni mfejqa huwa ta’ 1,431.

Intant, fl-aħħar sigħat l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li fi ftit jiem, miljun persuna madwar id-dinja se jkunu ġew infettati bil-virus COVID-19. L-Organizzazzjoni qalet li tinsab imħassba b’dawn l-aħħar żviluppi u mistennija tiddiskuti l-użu aktar wiesgħa ta’ apparat mediku fis-sigħat li ġejjin.

Skont l-aħħar ċifri mill-Università Johns Hopkins f’Maryland, l-Istati Uniti, bħalissa madwar id-dinja hawn disa’ mija, tnejn u tletin elf, sitt mija u ħames (932,605) persuni nfettati b’dan il-virus, filwaqt li n-numru globali ta’ mwiet ilaħħaq is-sebgħa u erbgħin elf, mitejn sitta u ħamsin (47,256). B’kollox 195,000 persuna fiequ mill-coronavirus madwar id-dinja.

In-numru ta’ persuni mejta fl-Istati Uniti b’rabta ma’ din il-pandemija issa jaqbeż il-ħamest elef, bi 884 persuna jmutu fl-aħħar 24 siegħa biss, inkluż tarbija ta’ sitt ġimgħat. Kawża ta’ din il-pandemija n-numru ta’ persuni mingħajr impjieg issa qabeż is-sitt miljun.

Fi Spanja, kważi disa’ mitt elf persuna tilfu l-impjieg tagħhom hekk kif il-Gvern ipprojbixxa l-ħruġ bla bżonn u għalaq bosta stabbilimenti biex ikompli jiġġieled il-pandemija. Filfatt f’Marzu r-rata ta’ qgħad fost l-Ispanjoli kienet l-ogħla waħda fl-istorja. Aktar minn għaxart elef persuna fi Spanja mietu kawża ta’ din il-pandemija.

Fir-Renju Unit kawża ta’ dan il-virus mietu b’kollox elfejn, disa’ mija, wieħed u għoxrin persuna mietu u l-Gvern Ingliż mistenni jżid l-ammont ta’ testijiet mediċi li jsiru fil-pajjiż.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend