Il-Prof. Charmaine Gauci tiġi insulentata wara programm televiżiv – One News

Notifiki

Il-Prof. Charmaine Gauci tiġi insulentata wara programm televiżiv

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci ġiet insulentata minn mara tard il-bieraħ filgħaxija barra l-bini tax-xandir nazzjonali fi Gwardamangia.

Il-Prof. Gauci ħarġet mill-bini tal-PBS wara li ħadet sehem fi programm u hemm sabet mara tistenniha li nfexxet tgħajjat u tinsulentaha.

Il-mara li taħdem bħala driving instructor pruvat ma tħalliex lill-Prof. Gauci tidħol fil-karozza tagħha.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija wara li daħħlilhom rapport li kien hemm storbju u għajjat barra l-bini tal-PBS.
Sorsi mill-awtoritajiet tas-saħħa qalu lil one.com.mt li l-Professur Gauci mhux beħsiebha tiftaħ proċeduri kontra l-mara li insulentata.

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

  1. Jekk jafu min hi din il-mara, il-pulizija ghandom xorta jiehdu passi kontriha ghan-nom tal-popolazzjoni KOLLHA ta’ Malta li jqisu lil Profs Charmaine Gauci bhala l-bniedma li, bil-kompetenza u karattru simpatiku taghha, qed timlihom bil-fiducja u kuragg f’dan iz-zmien difficli. Dik il-mara li marret tinsulentha jisthoqqilha l-kundanna ta’ kulhadd, huma xi nhuma r-ragunijiet taghha.

  2. F’ISEM IL-POPLU MALTI NIXTIEQ NGHID

    1. GRAZZI MILL-QALB PROS. GAUCI

    2, SKUZANA

    3. PROSIT TAL-GEST TIEGHEK

    4. FTAKAR KLIEM KRISTU FUQ IS-SALIB ‘AHFRILHOM GHAX MA JAFUX X’INHUMA JAGHMLU’

    5. INFAKKREK LI NAPULJUN QAL LI REBAH HAFNA BATTALJI IZDA DEJJEM TILEF KONTRA L-INJURANT.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend