“Ħatra Storika fl-Istorja tal-Ġudikatura” – Il-Kamra ta’ l-Avukati – One News

Notifiki

“Ħatra Storika fl-Istorja tal-Ġudikatura” – Il-Kamra ta’ l-Avukati

Il-Kamra ta’ l-Avukati bħala r-rappreżentanta tal-professjoni legali f’Malta fi stqarrija ferħet lill-Imħallef Mark Chetcuti għall-ħatra tiegħu bħala l-Prim Imħallef il-ġdid. 
 
Il-Kamra laqgħet bi pjaċir kbir din il-ħatra ta’ l-Imħallef Chetcuti u rrikonoxiet li dan huwa mument storiku fl-istorja tal-ħatriet tal-ġudikatura Maltija fejn għall-ewwel darba, l-għażla tal-Prim Imħallef saret bi qbil unanimu bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.  
L-isqarrija qalet li l-għaxar snin esperjenza tiegħu fil-ġudikatura żgur li se jkunu ta’ ġid kbir fil-ħatra l-ġdida tiegħu u nittamaw li l-għerfit-tagħrif u l-esperjenza li l-Prim Imħallef kiseb bħala membru tal-ġudikatura se jservuħ fil-ħidma tiegħu sabiex jiżgura li l-ġudikatura taqdi l-mandat tagħha fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja f’pajjiżna, mingħajr biża jew favuri.  
 
Fl-isqarrijaI il-Kamra ħadet ukoll l-opportunità sabiex tirringrazzja lill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi għas-servizz tiegħu u talli dejjem kien lest li jiltaqa’ sabiex jiddiskuti u jikkollabora mal-Kamra fl-aħjar interess tal-ġustizzja. 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend