Approvat metodu ġdid ta’ kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija – One News

Notifiki

Approvat metodu ġdid ta’ kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija

Il-Parlament approva metodu ġdid ta’ kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija li huwa konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.

Għall-ewwel darba fl-istorja, il-Kummissarju tal-Pulizija se jinħatar b’sejħa pubblika u bi proċess ta’ skrutinju mill-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi fil-Parlament.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri, iddeskriva din il-liġi bħala waħda rivoluzzjonarja għaliex għall-ewwel darba f’pajjiżna, il-gvern qed jipproponi li jneħħi l-poter minn idejh

Ilbieraħ il-Parlament approva liġi storika. Li se tipprovdi li Kummissarju ma jinħatarx mill-politiku. Se jkun hemm organu indipendenti u public call. Għall-ewwel darba se jkun hemm ukoll grilling.”

Il-Kummissjoni għas-servizz pubbliku se tkun qed tmexxi l-proċess għal ħatra tal-Kummissarju l-ġdid fejn se tkun se tistabilixi r-rekwiżiti li jrid ikollu applikant li japplika għal kariga. Għal kariga ta’ kummissarju se jkun qegħdin japplikaw anki persuni barra mill-korp.

Il-Gvern mexa fiq ir-rakkomandazzjoni ta’ Venezja. Se tkun public call allura kull persuna anki barra mill-korp tista tapplika.”

 Il-Ministru Byron Camilleri qal li din hija bidla oħra favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna.

“Dan qed naraw għaldaqstant li l-gvern qed iwesa s-saltna tad-dritt f’pajjizna u jieħu l-mizuri għal governanza tajba.”

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend