Tliet snin ħabs għar-raġel li kien imfittex mill-Pulizija fuq serqa – One News

Notifiki

Tliet snin ħabs għar-raġel li kien imfittex mill-Pulizija fuq serqa

Pier Paul Buttigieg ta’ 45 sena residenti ż-Żurrieq, u ma jaħdimx, ammetta li seraq flus kontanti minn ħanut f’Bormla.

Ir-raġel kien imfittex mill-pulizija b’rabta ma’ hold up f’Bormla fix-xahar ta’ Marzu.

Ilbieraħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu l-Pulizija ċċirkondaw residenza fiż-Żurrieq wara li waslitilha informazzjoni, fejn il-persuna li kienet mfittxija għal dawn l-aħħar sitt ġimgħat, setgħet kienet qed tistaħba. L-informazzjoni li kellha l-Pulizija kienet waħda pożittiva u malli nduna bil-preżenza tal-Pulizija, ir-raġel ipprova jaħrab billi beda jaqbeż minn fuq il-bjut tar-residenzi, bil-Pulizija jsegwuh fejn ġie arrestat ftit wara.

Huwa wieġeb ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.

Il-Maġistrat Victor Axiak sabu ħati u kkundannah tliet snin ħabs u ordna sabiex jitpoġġa fuq ordni ta’ trattament. Huwa ġ-ie ordnat iħallas multa €116.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Lydon Zammit u Eman Hayman.

Aqra wkoll:

Se jitressaq il-Qorti mixli b’diversi serqiet

Serqa f’Bormla – tfittxija għall-aggressur

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend