L-ORNIS jirrakomanda li jinfetaħ l-istaġun għas-Summien – One News

Notifiki

L-ORNIS jirrakomanda li jinfetaħ l-istaġun għas-Summien

Il-kumitat ORNIS irrakomanda lill-Gvern sabiex jinfetah l-istaġun għas-summiena kif ġara s-sena l-oħra. Id-deroga se tkun infurzata skont kif mitlub mill-qafas legali SL549.57.

Dwar il-kaċċa għall-gamiem kien hemm vot wieħed favur, żewġ voti kontra (BirdLife u ERA) u erba’ astenzjonijiet.  B’hekk mhux se jsir rakkommandazzjoni lill-Ministru biex tiġi applikata deroga sabiex tkun permessa l-kaċċa għall-gamiem din ir-rebbiegħa għar-raba’ sena konsekuttiva.

Dwar il-kaċċa għas-summien kien hemm ħames voti favur u l-istess żewġ voti kontra.  B’hekk il-Kumitat ser jagħmel rakkommandazzjoni lill-Ministru sabiex jinfetaħ staġun għall-kaċċa tas-summien fuq l-istess parametri tas-sena l-oħra, li fost oħrajn jinkludu staġun ta’ nofs ta’ nhari (sagħetjn qabel tlugħ ix-xemx sa 12:00) mill-10 sat-30 t’April 2020, iż-żewġ ġranet inklużi. Dan se jsir bi kwota nazzjonali ta’ 5000 summiena u l-ebda kwota individwali jew tal-ġurnata; u kollox soġġett għall-sorveljanza stretta w infurzar riguruż.

Il-Kumitat ġie infurmat li saru 7395 applikazzjonijiet għall-liċenzji speċjali tal-kaċċa fir-rebbiegħa (6195 f’Malta u 1200 f’Għawdex).

B’rabta mas-sitwazzjoni attwali tal-Coronavirus, s’issa l-miżuri tad-Dipartiment tas-Saħħa dwar il-COVID-19 ma jgħidux li persuna ma tistax toħrog fil kampanja sakemm ma tkunx aktar minn grupp ta’ tliet persuni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend