Għajnuna lil bdiewa Maltin minn fondi Ewropej – One News

Notifiki

Għajnuna lil bdiewa Maltin minn fondi Ewropej


Madwar 6,500 bidwi u raħħal se jintlaqtu b’mod tajjeb hekk kif il-Gvern nieda l-applikazzjonijiet sabiex bdiewa Maltin jibbenefikaw mill-fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali ta’ din is-sena.

Il-Ministru għall-Agrikultura Anton Refalo spjega li l-fond se jkun amministrat mill-Aġenzija għal-ħlasijiet rurali u agrikoli, b’din l-aġenzija se tagħti għajnuna lill-bdiewa sabiex l-applikazzjoni tagħhom tkun skont il-kriterji meħtieġa.

Huwa spjega: “Jekk ikun hemm xi query jibagħatulhom u jsaqsuhom il-query x’inhi u mhix sabiex l-applikazzjoni tagħħhom ikunu korretti.”

Intant fl-istess konferenza tal-aħbarijiet tkellem is-Segretarju Parlamentari, Stefan Zrinzo Azzopardi li sostna li Malta preżentament talloka ‘il fuq minn mija u disgħa u għoxrin miljun ewro fuq l-programm tal-Iżvilupp Rurali.

Is-Segretarju Parlamentari saħaq li permezz tal-fondi Ewropej, il-bdiewa tagħna se jkunu ppremjati talli jimpenjaw ruħhom lejn prattiċi li jipprovdu benefiċċju ambjentali akbar. Huwa kompla jgħid li din is-sena ħa jkunu qed jiġu ffirmati 300 kuntratt ġdid, li se jkunu qed jorbtu lill-bidwi għal perjodu ta’ 5 snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend