Fi Frar Malta kellha l-ħames l-inqas rata ta’ qgħad – Il-Eurostat – One News

Notifiki

Fi Frar Malta kellha l-ħames l-inqas rata ta’ qgħad – Il-Eurostat


Matul Frar, pajjiżna kellu l-ħames l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.

Statistika tal-Eurostat uriet li Malta kellha rata ta’ qgħad ta’ 3.3%.

Dan ifisser kważi n-nofs tal-medja Ewropea li hi 6.5%.

Ir-rata ta’ qgħad f’pajjiżna naqset tul ix-xhur.

Fil-fatt fi Frar tas-sena l-oħra r-rata ta’ qgħad kienet kważi nofs perċentwal iżjed minn Frar ta’ din is-sena.

L-aktar pajjiż b’rata baxxa ta’ qgħad kien ir-Repubblika Ċeka (2%) segwit mill-Olanda (2.9%), il-Polonja (2.9%) u l-Ġermanja (3.2%).

Dan filwaqt li l-Greċja kellha l-ogħla rata ta’ qgħad, b’aktar minn 16% (16.3%).

Pajjiżi oħra b’rata għolja ta’ qgħad kienu Spanja (13.6%), l-Italja (9.7%) u Franza (8.1%).

Il-EUROSTAT qalet li din l-istatistika ttieħdet eżatt qabel mal-pandemija kompliet tinfirex b’rata mgħaġġla u taffettwa anki l-postijiet tax-xogħol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend