33 mużiċist u 12-il vuċi solista minn St. Paul Metropolitan Orchestra kantaw l-Innu Malti biex itaffu minn dan il-perjodu diffiċli – One News

Notifiki

33 mużiċist u 12-il vuċi solista minn St. Paul Metropolitan Orchestra kantaw l-Innu Malti biex itaffu minn dan il-perjodu diffiċli

33 mużiċist u 12-il vuċi solista minn St. Paul Metropolitan Orchestra ngħaqdu flimkien f’dan il-perjodu diffiċli li ninsabu għaddejjin minnu minħabba Coronavirus.

Fil-kampanja #staysafe #stayhome ngħaqdu flimkien mill-bogħod billi użaw it-telefowns ċellulari tagħhom. Dan billi daqqew u kantaw l-Innu Nazzjonali Malti bħala talba biex il-gżejjer tagħna jibqgħu b’saħħithom.
Għamlu dan ukoll bħala tislima lil dawk kollha involuti sabiex jgħinu lill-poplu kollu matul dan iż-żmien diffiċli, partikolarment il-Professur Charmaine Gauci u t-tim tagħha, l-amministrazzjoni tal-Isptar Mater Dei, konsulenti, paramediċi, tobba, infermiera, studenti tal-mediċina, il-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, it-tmexxija ta’ pajjiżna, il-Kappillani u l-Kleru, id-Dipartiment tat-Tindif Pubbliku u diversi entitajiet u għaqdiet oħra non-governattivi.
Kull mużiċist u vuċi baqa’ d-dar, u għalhekk ix-xogħol sar bir-reqqa u mingħajr theddida għas-saħħa tal-bniedem. L-ebda tagħmir professjonali ma ntuża u l-volontiera għamlu l-proċess tal-muntaġġ kollu huma.
L-iktar parti emozzjonali tal-proċess ta’ muntaġġ kienet meta nstemgħu l-filmati kollha flimkien u l-Innu Nazzjonali Malti nstema’ komplut. Minkejja li ħadna diversi ġranet biex naslu għall-prodott finali, dan huwa sforz ċkejken meta mqabbel ma’ dak illi l-eroj tagħna qegħdin iwettqu b’tant ħila, sagrifiċċju u mħabba għan-nazzjon.
Aktar informazzjoni dwar St. Paul Metropolitan Orchestra u l-Medina Foundation for Music tista’ tinstab fuq: http://medinafoundationformusic
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend