Titħassar il-Mixgħela ta’ nhar Ħamis ix-Xirka fis-Siġġiewi – One News

Notifiki

Titħassar il-Mixgħela ta’ nhar Ħamis ix-Xirka fis-Siġġiewi

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħabbar li tħassret il-Mixgħela annwali li ssir kull nhar Ħamis ix-Xirka. Din se tkun qed titħassar minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Fuq il-midja soċjali, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qal li b’turija ta’ rispett lejn dan il-żmien, is-Salib fuq tal-Għolja se tinxtegħel bil-floodlights. Minkejja dan, il-kunsill qed jitlob lin-nies biex ħadd ma jersaq lejn l-għolja dakinhar ta’ Ħamis ix-Xirka u appella sabiex kulħadd jisma’ mir-regolamenti tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend