Għaddej xogħol fuq korsija ġdida fil-Marsa-Ħamrun Bypass – One News

Notifiki

Għaddej xogħol fuq korsija ġdida fil-Marsa-Ħamrun Bypass

Il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Ian Borg fuq il-midja soċjali qal li bħalissa għaddej xogħol importanti fuq korsija ġdida fil-Marsa-Ħamrun. Din il-korsija se tkun qed tieħdok mill-bypass għall-Ħamrun.

Il-Ministru Borg qal kif l-għan ta’ din il-korsija hija li jitnaqqas it-traffiku ħalli jibqgħu mexjin mingħajr probelmi. Din il-korsija se tkun qed tgħin lil dawk li sejrin Ħal Qormi, hekk kif wara li jitlesta dan il-proġett, m’humiex se jistennew aktar wara dawk li jridu jmorru lejn il-Ħamrun.

Huwa temm il-messaġġ tiegħu fuq il-midja soċjali li din hija l-effiċenzja li qed taħdem għaliha l-aġenzija Infrastruttura Malta fit-toroq Maltin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply to Matteotti Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend