8 multi tal-€100 għal dawk li kienu fi gruppi t’aktar minn tlieta – One News

Notifiki

8 multi tal-€100 għal dawk li kienu fi gruppi t’aktar minn tlieta

Matul il-ġurnata tat-Tlieta, festa nazzjonali tmien persuni weħlu multa ta’ €100 għal dawk li kienu fi gruppi t’aktar minn tlieta.

Fl-ewwel ġurnata minn mindu daħlet fis-seħħ din il-liġi, il-pulizija għamlu diversi rondi madwar diversi żoni madwar Malta, fosthom fl-Armier, l-Aħrax tal-Mellieħa, Tas-Sliema, Wied il-Għajn u l-Belt Valletta, fost ħafna oħrajn.

Din il-multa daħlet fis-seħħ f’avviż legali li daħal ilbieraħ filgħaxija, fejn gruppi ta’ aktar minn 3 persuni jiġu mmultati €100 kull persuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend