Żagħżugħ Malti fl-ITU fi Spanja wara li rriżulta pożittiv għall-Coronavirus – One News

Notifiki

Żagħżugħ Malti fl-ITU fi Spanja wara li rriżulta pożittiv għall-Coronavirus

Malti ta’ 29 sena jinsab rikoverat f’taqsima tal-Kura Intensiva ġewwa Barċellona wara li fl-aħħar jiem irriżulta pożittiv għall-Coronavirus fi Spanja.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li “aħna nafu b’persuna waħda maqbuda fi Spanja qiegħda għall-kura intensiva u mill-informazzjoni li għandna jidher li hija f’qagħda stabbli.”

Minn informazzjoni li għandu l-Gvern Malti jidher li dan il-ġuvni ma kellu l-ebda kuntatt ieħor ma’ Maltin oħra waqt li kien fi Spanja.

Bartolo kompla jispjega li l-Korp Diplomatiku Malti qed issegwi mill-qrib l-istat ta’ saħħa tal-Maltin li jinsabu barra mill-pajjiż u bħalissa għaddejja ħidma kbira sabiex iġibu lura Malta kull ċittadin li jixtieq jirritorna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend