Waqt li l-Parlament iddiskuta self ta’ €2 biljun għall-assistenza finanzjarja, Azzopardi qagħad jiżżufjetta fuq Facebook – One News

Notifiki

Waqt li l-Parlament iddiskuta self ta’ €2 biljun għall-assistenza finanzjarja, Azzopardi qagħad jiżżufjetta fuq Facebook

Waqt li t-Tlieta filgħaxija l-Parlament kien qed jiddiskuti abbozz importanti mressaq mill-Gvern biex jissellef €2 biljun biex jassisti għexieren t’eluf ta’ ħaddiema u negozji milquta ħażin mill-COVID-19, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien qiegħed ixerred filmat satiriku ta’ żufjett fuq Facebook.

Waqt li kien qed jitkellem il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, Azzopardi xerred fuq Facebook, filmat editjat tas-CNN li fih xi ħadd poġġa filmat ta’ Adrian Zammit, raġel li ta’ spiss itella’ filmati fuq l-istess sit soċjali.

L-istorja tas-CNN kienet waħda serja wkoll meta filfatt kienet titratta dwar il-fatt li l-persuni morda bil-Coronavirus kienu qabżu l-100,000 madwar id-dinja.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend