Tnaqqis ta’ sebgħin fil-mija mis-salajru tal-plejers ta’ Barċellona – One News

Notifiki

Tnaqqis ta’ sebgħin fil-mija mis-salajru tal-plejers ta’ Barċellona

Il-plejers ta’ Barċellona aċċettaw tnaqqis ta’ 70 fil-mija tas-salarju sabiex b’din il-kontribuzzjoni l-impjegati kollha tal-klabb jibqgħu jitħallsu l-paga kollha.  

Il-captain tat-tim Lionel Messi qal li l-plejers riedu jsibu l-aħjar metodu possibbli sabiex jgħinu lill-klabb f’dan il-mument diffiċli.

Barċellona mhumiex l-uniku tim li ħadu dawn il-miżuri wara li l-plejers ta’ Juventus flimkien mal-kowċ Maurizo Sarri qablu li l-pagi tagħhom jiġu ffriżati għal erba’ xhur li ġejjin. 

Anke id-diretturi ta’ Barċellona flimkien mat-tim tal-Basketball tal-istess klabb aċċettaw tnaqqis fis-salarji tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend