Sal-aħħar tas-sena li għaddiet, il-kaxxa ta’ Malta rreġistrat surplus ta’ disa’ miljun u erba’ mitt elf ewro (€9.4 miljun).
Dan ħareġ minn informazzjoni li ta l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika li fisser kif fl-elfejn u dsatax, id-dħul rikurrenti żdied bi ftit aktar minn €413.1 miljun.
B’hekk id-dħul rikurrenti laħħaq kważi l-ħames biljun ewro (€4,972,9 miljun).
Din iż-żieda kienet 9.1% iżjed mid-dħul rikkurrenti rreġistrat fl-elfejn u tmintax, spjega l-NSO.
L-istatistika tispjega li l-akbar fattur għal din iż-żieda fid-dħul kienet mit-taxxa tad-dħul tal-ħaddiema.
Dan f’kuntest li matul is-sena li għaddiet kellna żidiet rekord ta’ nies jaħdmu.
Intant l-ispiża totali għas-sena l-oħra ammontat għal €4,963.5 miljun.
Din kienet 7.2% ogħla mis-sena ta’ qabel.
L-ispiża rikurrenti kienet ftit inqas minn erba’ mitt miljun iktar mill-elfejn u tmintax (€394.8 miljun).
L-NSO spjega li fost il-fatturi ewlenin li kkontribwixxew għal din iż-żieda fl-ispiża rikurrenti kien hemm €231.9 miljun iżjed fuq inizzjattivi u programmi tal-pajjiż.
Fost dawn kien hemm nefqa fuq mediċini u apparat mediku (€28 miljun), iż-żieda tas-servizz tat-trasport b’xejn għall-iskejjel (€22.9 miljun), servizz taċ-childcare (€5.7 miljun), trattament għall-kanċer (€6.9 miljun), investiment fi djar residenzjali ta’ kura privata (€7.3 miljun) u anki nefqa fl-iskejjel tal-knisja (€8.5 miljun).
L-NSO spjega li l-interessi fuq id-dejn pubbliku kien €11.3 miljun inqal mis-sena ta’ qabel.
Dan filwaqt li l-iskema tal-Gvern ta’ bonds ta’ 62+ laħħqet €97.3 miljun.