L-għalliema qed ikollhom aċċess għall-aqwa riżorsi sabiex ikompli jgħaddu tagħlim lill-istudenti. Dawn ir-riżorsi komplew jissaħħew fl-aħħar jiem.
Spjega dan id-direttur ġenerali għall-kurrikulu u t-tagħlim tul il-ħajja Stephen Cachia, li qal li dawn ir-riżorsi huma disponibbli wkoll għall-istudenti tal-primarja u s-sekondarja flimkien mal-ġenituri tagħhom.
Dan fid-dawl li l-iskejjel se jibqgħu magħluqa sa minn tal-inqas Settembru li ġej ħabba l-Covid-19.
“Kif bdiet is-sitwazzjoni tal-iskejjel magħluqin mal-ewwel saħħaħna l-website tagħna curriculum.gov.mt li fih hemm sezzjoni enormi issa fejn hemm ħafna riżorsi għall-istudenti, ġenituri, għalliema li jistgħu jintużaw għall kull student għall kull età.”
Is-Sur Cachia ħabbar li fil-jiem li ġejjin se titnieda verżjoni ġdida tas-sit li tiffaċilita aħjar x-xogħol għal min juża s-sit.
Dan minbarra li l-iskejjel għandhom aċċess għal sit ieħor separat sabiex l-għalliema jagħrfu l-aħjar mod kif jikkomunika mal-istudenti f’dan iż-żmien.
“Tajna sapport u qed nagħtu sapport lill-iskejjel li qed jgħinu ħafna lill-għalliema tagħhom u l-għalliema nfushom billi għandna website ieħor tad-digital literacy fejn għalliema jista’ jkollu informazzjoni kif jista’ jikkomunika ma’ studenti tal-klassijiet tiegħu.”
Dawn il-faċilitajiet li qed jużaw anki l-għalliema tal-iskejjel tal-Gvern iġibu fix-xejn d-dikjarazzjoni li għamlet sieħbet l-eks kap Nazzjonalista Simon Busuttil, Kristina Chetcuti.
F’kitba fuq Twitter hija attakkat lill-għalliema tal-Gvern u allegat li studenti fl-iskejjel tal-Gvern mhux qed jingħataw lezzjonijiet online.
Qalet li aħna ma nħallsux it-taxxi biex it-tfal joqgħodu ġurnata sħiħa jilagħbu bil-Playstation.
Din il-kitba ġabet ir-rabja ta’ għexiren ta’ għalliema u ġenituri, li lkoll faħħru d-dedikazzjoni tal-għalliema f’dan iż-żmien ta’ sfida.
Saħansitra Surmast ta’ skola qal li ħassu mweġġa’ bil-kument tas-sieħba ta’ Simon Busuttil.
Bl-eks ġurnalista tat-times kienet kostretta li saħansitra tagħlaq il-profil tagħha fuq Twitter.