L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball toffri l-padiljun sportiv lill-awtoritajiet tas-saħħa – One News

Notifiki

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball toffri l-padiljun sportiv lill-awtoritajiet tas-saħħa

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball offriet il-Padiljun sportiv f’Ta’ Qali offriet il-Padiljun Sportiv lill-awtoritajiet tas-saħħa minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.

Dan intqal fi stqarrija mill-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball Paul Sultuna, li qal li bħalissa l-awtoritajiet tas-saħħa u l-istaff mediku qed jagħmlu xogħol eċċellenti sabiex jiġġieldu l-imxija tal-Coronavirus.

Fl-istqarrija, il-President tal-Assoċjazzjoni qal li l-assoċjazzjoni għadha kif avżat lill-Ministeru tas-Saħħa li qed toffri l-padiljun sportiv f’Ta’ Qali lis-settur mediku.

L-assoċjazzjoni għalqet l-istqarrija billi appellat lill-pubbliku biex isegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend