Tliet persuni fl-ITU kawża tal-COVID-19 – Persuna oħra tistenna r-riżultat – One News

Notifiki

Tliet persuni fl-ITU kawża tal-COVID-19 – Persuna oħra tistenna r-riżultat

Matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd żewġ persuni oħra ttestjaw fil-pożittiv għall-Coronavirus sabiex issa f’Malta għandna 151 każ.

Dan ħabbritu s-Supretendent għas-saħħa pubblika Charmaine Gauci waqt il-bulettin ta’ kuljum, dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna.

Sal-Ħadd filgħodu kien hemm tliet persuni rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva kawża tal-Coronavirus u matul il-lejl li għadda ddaħħal raġel ieħor fl-ITU bl-istess sintomi ta’ dan il-virus.

Il-Professur Gauci spjegat ukoll li r-raġel ta’ tnejn u sebgħin sena għadu jinsab f’qagħda kritika u għadu jiddependi fuq il-ventilator biex jieħu n-nifs.

Tul dawn l-aħħar 24 siegħa sar numru record ta’ testijiet mit-tliet ċentri ta’ swabbing u miċ-ċentri tas-Saħħa u l-Isptarijiet. Filfatt is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika spjegat li b’kollox saru ħames mija ħamsa u tmenin test.

Dwar iż-żewġ każijiet ġodda Profs Gauci spjegat li l-ewwel każ kien ta’ Maltija ta’ tlieta u ħamsin sena li ma sifrietx imma qarib tagħha ġie mill-Ingilterra fil-wieħed u għoxrin ta’ Marzu. Dan qad fi kwarantina flimkien ma’ familtu.

Kompliet tispjega li fl-istess residenza, kien hemm persuna li kellu diversi kundizzjonijiet mediċi oħra li sab post t’akkomodazzjoni ieħor qabel ma wasal il-qarib minn barra ‘l pajjiż.

It-tieni każ huwa ta’ Malti ta’ disgħa u tletin sena li beda bis-sintomi wara li kellu kuntatt ma’ kollega li kellu xi sintomi wara li ġie mis-safar.

Gauci reġgħet appellat biex in-nies jibqgħu ġewwa u fakkret li l-proċess ta’ fejqan wara li wieħed jimrad huwa twil u jista jwassal għal diversi kumplikazzjonijiet.

“Pero sa issa ma ħareġ l-ebda persuna li għadu negattiv u din tiddependi fuq l-inidividku kemm jista’ jneħħi l-virus minn ġo fih. Dan huwa punt importanti għax meta jkollna persuna li jirriżulta negattiv dan huwa f’riskju anqas li jinfetta lil ħaddieħor u infatti wara riżultat negattiv aħna nitolbu lil dan il-persuna jibqa ħmistax-il ġurnata oħra kwarantina biex inkunu żgur li ma jibqax jitrażmetti l-virus”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend