Rapporti bit-telephone jew bl-App flok tmur fl-għassa – One News

Notifiki

Rapporti bit-telephone jew bl-App flok tmur fl-għassa

Bil-għan li l-pubbliku u l-Pulizija jibqgħu protetti mill-imxija tal-Coronavirus il-korp ħejja pjan ta’ kontinġenza bil-għan li titnaqqas kemm jista’ jkun innaqqsu l-espożizzjoni tan-nies.

Fi stqarrija, l-korp tal-Pulizija qal li se jnkunu qed jimmodifika l-proċedura tar-rispons tal-Pulizija għas-servizzi mitluba mill-pubbliku.

Għaldaqstant, mill-1 ta’ April 2020, il-Pulizija ser tkun qed tieħu rapporti mingħajr il-bżonn li wieħed ikollu għalfejn imur fl-għases.

Dan ser isir permezz tat-telephone fuq +356 2294 0000, online fuq is-sit https://pulizija.gov.mt/opres, bjew billi wieħed juża l-app 112mt li titniżżel mill-App Store jew Google Play.

Dawn it-tipi ta’ rapporti għandhom isiru biss għal reati li ma jinħtiġux lassistenza immedjata tal-Pulizija.

Meta persuna tagħmel dan it-tip ta’ rapport, għandha tikkonferma u tikkunsidra dan li ġej:

  • L-identità u numru ta’ kuntatt f’każ li l-Pulizija jkollha bżonn tagħmel kuntatt magħha;
  • Il-każ mhux wieħed ta’ emerġenza;
  • Rapport falz huwa reat punibbli bi priġunerija;
  • Il-Pulizija tirrevedi l-każ u tagħmel kuntatt f’każ li jkun hemm bżonn ta’ iktar informazzjoni;
  • Il-każ ikun segwit permezz tal-email jew telephone.

Il-Korp tal-Pulizija huwa impenjat sabiex ikompli bl-operat normali u jagħti servizz lill-komunità, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend