16–il sena ta’ l-akbar avventura rrekordjata fuq it-televiżjoni Maltija.
Xenarji spettakolari u kultura diversa li ħaduna kważi kull kontinent. Dan kollu huwa sinonimu mal-programm popolari Liquorish li jixxandar fuq ONE.
Iltqajna mal-preżentatriċi Andrea Cassar li qaltilna li kollox beda mill-kuntatt li kellha ma ċertu Sister Celine permezz ta’ żjara fil-Kenja. Din kienet ġiet ffilmjatha u mxandra fuq programm tat-tfal.
“L-ewwel darba li ħriġt minn Malta u mort dawn it-tip ta’ pajjiżi kienet Sister Celine li hija soru wkoll li tagħmel ħafna volontarjat ġewwa l-Kenja. Nemmen li hi tatni l-ġwienaħ biex nimraħ u mmur dawn it-tip ta’ postijiet.”
Hi stess kienet titla’ mat-tim tal-produzzjoni u spjegatilna x’nisslu fiha dawn l-esperjenzi li misset hi stess.
“Ikollok dak qisu r-rabja ġo fik imma possibbli għax inti you touch it, you see it, you smell it, il-faqar li hemm. Imbagħad tgħid isma you cannot change the world but you can make their life better u tagħmel, toħloq awareness ukoll and you come to terms with it.”
Cassar fissritilna wkoll ir-rabta bejn l-Indja u l-libsa tat-tieġ tagħha?
“U konna għaddejjin minn post u dawn kellhom ilbiesi tat-tieġ Indjani. Jiena dak iż-żmien ma kelli l-ebda idea u lanqas ma kelli l-intenzjoni li niżżewweġ. Għedtilhom ġejja ġejja jiena, mort rajtha, xtrajtha. Litteralment hekk ballun tfajtha fil-backpack u għamilt l-Indja kollha nittrekkja b’dan il-madoffi drapp ġol-backpack.”
Irrakkontat ukoll kif dawn l-esperjenzi li qasmet flimkien ma uliedha qatt ma kienu ta’ culture shock.
“Dejjem ntellgħu żewġ bagalji toys u ħwejjeġ għat-tfal u orrajt fejn ħa mmorru issa, nagħmlu holiday nduru noqogħdu nqassmu t-toys, it-tfal jilagħbu ma tal-lokal. It helps għax they realize li isma hemm tfal oħra. Ġifieri meta jaraw National Geographic mhix xi ħaġa ta’ wow, le I have been there, I have done that.”
Mit-30 ta’ Marzu Liquorish jerġa’ jirritorna b’aktar avventura. B’kurżita saqsejnieha tagħtina ħjiel tal-pajjiż magħżul għal din is-sena …
“Sittax-il sena kullħadd isaqsini l-istess ħaġa u jiena dejjem ir-risposta tiegħi tkun million dollar question dik isma kull ma jridu jissaportu sa għada ta. Għada jkunu jafu. Għada jibda l-programm, isiru jafu l-pajjiż, tiltaqgħu mal-parteċipanti u tibda l-avventura. Jiġifieri fl-ewwel programm ħa jaraw minn kollox. Minn Malta jaslu fil-pajjiż u tibda l-avventura u nibdew naraw interaction minn kollox.”