Jiżdiedu l-miżuri għall-vittmi ta’ vjolenza domestika – One News

Notifiki

Jiżdiedu l-miżuri għall-vittmi ta’ vjolenza domestika

Il-messaġġ tad-Dipartiment tas-Saħħa huwa wieħed kontinwu; dak li nibqgħu fi djarna. U għalhekk, dan jista’ joffri sfidi ġodda fil-komunità.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li ma rridux ninsew lill-persuni li wara l-bibien tad-djar tagħhom għadejjin minn tbatija differenti u li biex isegwu dawn id-direttivi, jinsabu maqbuda fi djarhom ma’ persuni li jistgħu jkunu abbużivi.

“Għalhekk ħassejt li l-miżura ta’ titjib fil-benefiċċju tal-kera li ħabbart għall-persuni affetwati mis-sitwazzjoni preżenti jeħtieġ li nestenduha għal dawk il-persuni li għadejjin minn diffikultajiet marbuta mal-vjolenza domestika”

Il-benefiċċji għall-vittmi tal-vjolenza domestika se jiżdiedu b’mod sostanzjali.

“Il-benefiċċju tal-kera diġà huwa akbar għal dawn l-individwi, iżda permezz tal-miżura li ħabbart, il-benefiċċju se jerġa’ jiżdied, b’hekk nassiguraw li dawn il-persuni dejjem ikollhom alternattiva ta’ akkomodazzjoni”

Persuna li tinsab f’din is-sitwazzjoni tista’ tikkuntattja l-awtorità tad-djar 2299 1000 jew inkella b’email fuq [email protected]

“Aktar minn qatt qabel, l-għan tagħna huwa li fejn hu possibbli nassiguraw li kulħadd ikun qed jgħix f’ambjent li joffri serħan il-moħħ”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend