ESKLUSSIVA: Il-Pulizija tal-RIU tintervjeni biex tferrex grupp kbir ta’ aktar minn 120 karozza f’Ħal Far  – One News

Notifiki

ESKLUSSIVA: Il-Pulizija tal-RIU tintervjeni biex tferrex grupp kbir ta’ aktar minn 120 karozza f’Ħal Far 

Minkejja l-appelli tal-awtoritajiet tas-saħħa diversi persuni injoraw dawn il-pariri u ħarġu bħal li kieku llum kienet ġurnata normali.

Filmati esklussivi miġbuda minn ONE News wrew parti minn din il-ħidma ma’ taqta’ xejn, fejn f’parkeġġ imdaqqas f’Ħal Far il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett sparpaljaw grupp ta’ aktar minn mitt karozza li nġabru biex jagħmlu d-drifting f’parkeġġ pubbliku.

Matul il-ġurnata wkoll żewġ persuni ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed wara li ma nstabux id-dar waqt l-ispezzjonijiet li saru mill-Pulizija u l-uffiċċjali tas-saħħa u tal-Protezzjoni Ċivili.

Intant, wara rapport dwar persuni li allegatament kienu qed joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li hija magħluqa b’avviż ta’ infurzar, l-uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu sabu li fiha kien hemm joqogħdu 80 ħaddiem barrani ingaġġati fuq proġett lokali.

L-Awtorità ordnat li l-ħaddiema jiġu akkomodati f’postieħor. Ġie vverifikat ukoll li l-ħaddiema kollha ġew Malta qabel id-data li bdiet tapplika l-kwarantina obbligatorja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend