Bil-proposti ta’ Delia dawk b’paga minima kienu jaqilgħu nofsha – One News

Notifiki

Bil-proposti ta’ Delia dawk b’paga minima kienu jaqilgħu nofsha

Il-proposti li ressaq Adrian Delia għall-għajnuna ta’ persuni li huma milquta b’mod negattiv kawża tal-Coronavirus kienu jwasslu għal inugwaljanza għad-detriment ta’ dawk li jaqilgħu l-anqas.

Fil-ġimgħat li għaddew il-Kap tal-Oppożizzjoni talab lill-Gvern sabiex iħallas nofs il-pagi tal-ħaddiema kollha fis-settur privat, inkluż dawk il-ħaddiema li ġejjin minn setturi mhux milquta b’mod negattiv mill-Coronavirus.

Fi kliem sempliċi, Delia ddisinja miżura li kienet se tħalli lil dawk f’paga minima bi dħul ta’ €520 fix-xahar u dawk f’pagi ogħla kien se jibqalhom f’idhom medja ta’ €1,400 fix-xahar.

Minn naħa l-oħra, l-patt soċjali storiku li ddaħħal mill-Gvern wara qbil mal-imsieħba soċjali kollha fisser li l-ħaddiema li ġejjin mis-setturi l-aktar milquta kienu se jibqgħu jirċievu medja ta’ 90% tal-pagi tagħhom.

ĦADDIEM B’PAGA MINIMA ĦADDIEM B’PAGA TA’ €1,700
PATT SOĊJALI TAL-GVERN €800 FIX-XAHAR €850 FIX-XAHAR
MIŻURI TAL-PN €520 FIX-XAHAR €1,200 FIX-XAHAR
DIFFERENZA TA’ €280 FIX-XAHAR €350 FIX-XAHAR

Apparti dan, b’dak li ddaħħal fis-seħħ mill-Prim Ministru Robert Abela t-Tlieta filgħaxija fisser ukoll li dawk f’paga minima kienu se jirċievu żieda ta’ aktar minn €20 fix-xahar.

It-Torċa nnutat ukoll li ċ-ċifri li kkwota Delia eskludew 39,000 ħaddiem li jagħmlu xogħol part-time li l-maġġoranza tagħom huma nisa u ħaddiema li ġejjin mis-setturi li milquta l-agħar.

Lil dawn il-ħaddiema l-Gvern se jkun qed itihom ħlas pro rata ta’ €500 fix-xahar.

Intant minn analiżi li għamlet il-gazzetta Kulħadd ħareġ ukoll li bil-patt soċjali tal-Gvern, il-ħaddiema kollha li ġejjin mis-setturi li huma l-aktar milquta kienu se jibqgħu jirċievu medja ta’ 90% tal-pagi tagħhom.

Il-gazzetta rrappurtat li l-Kap tal-Oppożizzjoni ressaq ukoll diversi miżuri li ma ġewx costed, jiġifieri Adrian Delia ppropona miżuri li ma jafx x’piż se jkollhom fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna.

It-Torċa għamlet analiżi tal-miżuri Nazzjonalisti u stmat li kieku ddaħħlu fis-seħħ kienu se jkabbru d-dejn Nazzjonali bi 8% fuq tliet xhur biss u dawk li kienu jaqilgħu pagi ferm ogħla minn ħaddiema oħra kienu ser jiġu ssusidjati aktar mill-ħaddiem iż-żgħir li l-aktar li għandu bżonn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend