Aċċess online dwar l-attività fl-Isptar Mater Dei  – One News

Notifiki

Aċċess online dwar l-attività fl-Isptar Mater Dei 

Fl-isptar Mater Dei qed tintuża sistema ġdida online biex il-professjonisti tas-saħħa jkollhom aċċess komuni għal ċertu attività li tkun għaddejja fl-isptar.

Fil-kamra fejn ta’ kull filgħodu qed jitlaqqgħu membri mill-amministrazzjoni tal-isptar u ħaddiema minn Dipartimenti differenti, li flimkien jieħdu deċiżjonijiet ta’ strateġija, il-kap tal-operat tal-Isptar Mater Dei, Steve Agius, spjega li din is-sistema bdiet tintuża bħala parti minn diversi miżuri li qed jittieħdu minħabba s-sitwazzjoni ta’ bħalissa.

Qal li l-amministrazzjoni tal-isptar qed tantiċipa li fil-ġimgħat li ġejjin, l-attività fl-Isptar Mater Dei, se tirdoppja, u għaldaqstant hem mil-ħtieġa li l-professjonisti tas-saħħa ikollhom l-aċċess għall-informazzjoni.

“Żidna numru ta’ sodod kemm fil-wards kif ukoll fl-ITU b’mod konsiderevoli, fil-fatt dal-aħħar ukoll żidna A&E oħra biex titratta non-COVID patients, allura aktar minn qabel issa ix-sharing of data sar iktar importanti biex b’hekk inkunu nistgħu nieħdu deċiżjonijiet aktar għaqlin u iktar timely.”

L-hekk imsejħa data dashboard qed tkun aġġornata f’ħin reali.

Fejn tidħol is-sitwazzjoni tal-coronavirus, qed tinġabar l-informazzjoni mil-laboratorji u tiġi preżentata fuq din is-sistema b’mod konċiż bl-aktar dettalji importanti.

Dan biex il-professjonisti jkunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet strateġiċi meħtieġa filwaqt li jimmassimizzaw ir-riżorsi.

“Ħa jkun portal li ħa jkun aċċessat mill-professjonisti on the ground u li ħa jagħmel hu li ħa jiġbor sorsi ta’ data minn postijiet differenti bħall-attività fl-ITU, attività fil-wards, attività fl-A&E, swabbing, analiżi ta’ gender, ages, u ħa jippreżentahom kollha fuq screen wieħed.”

Spjega li nħoloq ukoll helpline speċifiku fejn il-professjonisti jkunu jistgħu jistaqsu mistoqsijiet li jistgħu jkollhom.

Barra minn hekk qed tingħata wkoll għajnuna psikoloġika.

“We are maintaining social distance fejn psychologists tagħna permezz ta’ video-conferencing, b’mod kunfidenzjali, jassistu lill-ħaddiema tagħna for any support they should require.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend