8 pazjenti bil-Coronavirus mill-Italja u Franza ġew trasferiti lejn il-Ġermanja – One News

Notifiki

8 pazjenti bil-Coronavirus mill-Italja u Franza ġew trasferiti lejn il-Ġermanja

Tmien pazjenti bil-Coronavirus mill-Italja u Franza ġew trasferiti fi sptarijiet fil-Ġermanja.

Sitta minn dawn il-pazjenti ġew mir-reġjun tal-Lombardija, l-agħar parti milquta fl-Italja.

Barra dawn, erba’ pazjenti oħra minn Franza u l-Italja se jkunu qed jiġu trasferiti lejn il-Ġermanja fil-jiem li ġejjin.

Barra din l-għajnuna, l-Awstrija, Franza u l-Ġermanja bagħtu miljuni ta’ maskri prottetivi lill-Italja, l-agħar post milqut minn din il-pandemija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *