L-FŻL favur id-deċiżjonijiet imħabbra b’rabta mal-eżamijiet ta’ din is-sena – One News

Notifiki

L-FŻL favur id-deċiżjonijiet imħabbra b’rabta mal-eżamijiet ta’ din is-sena

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jilqa’ d-deċiżjonijiet imħabbra llum mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-xogħol b’rabta mal-eżamijiet għas-sena 2020. Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jinnota li kien f’komunikazzjoni diretta mal-Ministeru biex iwassal il-ħsibijiet tiegħu dwar is-sitwazzjoni b’rabta mal-Coronavirus u li wassal il-proposti tiegħu għat-triq ‘il quddiem b’rabta mal-eżamijiet speċjalment tal-MATSEC.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti dejjem appella għall-prudenza f’din iċ-ċirkostanza u biex l-istudent ma jkunx il-vittma tas-sitwazzjoni preżenti. Appella wkoll biex l-eżamijiet, fejn hu possibbli, jsiru fid-data li tkun loġistikament possibbli.

L-edukazzjoni u s-saħħa huma prijorità t-tnejn li huma. Għaldaqstant jappella lill-istudenti biex jibqgħu jsegwu t-tgħallim li qed jingħata permezz tat-teknoloġija filwaqt li jsegwu l-appelli tal-awtoritajiet biex jibqgħu ġewwa u jieħdu ħsieb saħħithom u tal-familjari tagħhom.

Dan huwa perjodu diffiċli u ċirkostanzi straordinarji li d-deċiżjonijiet għandhom jibqgħu jittieħdu fl-aħjar interess tal-edukazzjoni tal-istudenti tagħna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend