L-ammont ta’ każijiet tal-Coronavirus madwar id-dinja qabeż is-sitt mitt elf każ – One News

Notifiki

L-ammont ta’ każijiet tal-Coronavirus madwar id-dinja qabeż is-sitt mitt elf każ

L-ammont ta’ każijiet tal-Coronavirus madwar id-dinja qabeż is-600,000 każ.

Fl-Ewropa l-imwiet kawża tal-Coronavirus qabżu l-20,000 każ.

Il-pajjiżi l-aktar affetwati huma l-Istati Uniti b’aktar minn 100,000 każ, l-Italja bi kważi 90,000 każ, iċ-Ċina b’aktar minn 80,000 każ, Spanja b’aktar minn sebgħin elf każ u l-Ġermanja b’aktar minn 50,000 każ.

Fi Spanja l-imwiet telgħu b’tmien mija tnejn u tletin każ f’24 siegħa bl-ammont ta mwiet issa jlaħħaq il-5,690.

Dan l-ammont immarka l-akbar żieda ta’ mwiet f’24 siegħa fi Spanja.

Filwaqt li fir-Renju Unit, elf u dsatax persuna tilfu ħajjithom. B’żieda ta’ 260  każ f’24 siegħa.

Fl-Italja l-ammont ta’ każijiet dejjem qed jiżdiedu. Fl-aħħar 24  siegħa, żdiedu bi 3,600 dawk infettati, filwaqt li ġew irrappurtati kważi 900 mewt.

Aqra wkoll:

Fl-Italja: illum mietu kważi 900 minħabba l-Coronavirus

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend