L-A-levels se jsiru f’Settembru u l-O-levels se jkunu bbażati fuq il-marki tal-mocks li saru fi Frar – One News

Notifiki

L-A-levels se jsiru f’Settembru u l-O-levels se jkunu bbażati fuq il-marki tal-mocks li saru fi Frar


Waqt Konferenza tal-aħbarijet il-Ministru għall-Edukazzjoni ħabbar li l-eżamijiet tas-SEC (O Levels) mhux se jsiru fis-sessjoni li tibda fit-23 ta’ April. Minflok se jsir predictive assessment mil-MATSEC ibbażat fuq il-marki tal-mock exams. Biex tasal għar-riżultat, il-MATSEC se tara l-marki tal-istudenti, il-karti tal-eżamijiet ikkoreġuti, u l-marking schemes li ntużaw.

Abbażi ta’ dawn, il-MATSEC se joħroġ ċertifikat li juri jekk student li jkun għadda, jkunx ġab Livell 2 jew jekk ġabx Livell 3. Dan iċ-ċertifikat ser iservi sabiex l-istudenti jkollhom l-opportunità li jidħlu fl-iskejjel post-sekondarji. L-istudenti se nagħtuhom ukoll l-opportunità li jekk iridu joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC fis-sessjoni ta’ Settembru.

Fejn jidħlu l-eżamijiet tal-Intermediate u A Levels, dawn mhux se jsiru fis-sessjoni li tibda fit-23 ta’ April u dik is-sessjoni qed tiġi posposta għal Settembru ta’ din is-sena. L-istudenti se jirċievu it-timetable u d-dettalji kollha. Re-sit session se ssir f’Diċembru u se jsiru l-provedimenti kollha biex dawn l-istudenti xorta waħda jingħataw l-opportunità li jibdew l-Università, l-MCAST jew istituzzjonijiet oħra fis-sena akkademika li jmiss.

Fejn jidħlu studenti li bħalissa jinsabu għaddejjin bl-istudju tagħhom fl-Università, fl-MCAST jew istituzzjonijiet oħra, se jkun hemm l-arranġamenti neċessarji biex jissoktaw bl-istudji tagħhom.

It-tagħlim online ser jibqa’ għaddej u nkomplu nħeġġu lit-tfal biex jissoktaw bit-tagħlim tagħhom.

Il-Ministru Bonnici fakkar fin-numru 25981000 li huwa helpline għal kull materja relatata mal-edukazzjoni. fost oħrajn l-istudenti huma mħeġġa biex iċemplu huma stess sabiex jitkellmu mal-professjonisti sabiex jiggwidawhom fi kwalunkwe kjarifika jew mistoqsija li jista’ jkollhom.

Aqra wkoll:

L-iskejjel se jibqgħu magħluqa sal-aħħar ta’ Ġunju u l-eżamijiet tal-benchmark mhux se jsiru

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend