Illum Earth Hour… nitfu d-dawl biex insalvaw id-dinja – One News

Notifiki

Illum Earth Hour… nitfu d-dawl biex insalvaw id-dinja

Il-kapitali Maltija se tingħaqad ma’ 200 pajjiż ieħor madwar id-dinja biex tipparteċipa fl-Earth Hour, inizjattiva intiża biex tqajjem kuxjenza dwar l-isfidi ambjentali.

Id-dwal ta’ mal-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja u Pjazza Kastilja ser jintfew bejn it-8:30 u d-9:30 ta’ filgħaxija.

It-tema ta’ din is-sena hija l-bijodiversità u kien pjannat biex illum jinzergħu numru ta’ siġar fil-Park tal-Majjistral, iżda minħabba l-pandemija tal-Coronavirus din l-attività se tkun posposta għal darb’oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend