Uffiċjali tad-Dwana se jaraw li ħwienet li suppost ma jiftħux jibqgħu magħluqin – One News

Notifiki

Uffiċjali tad-Dwana se jaraw li ħwienet li suppost ma jiftħux jibqgħu magħluqin

Id-Dwana ħabbret li minn għada se jibdew isiru spezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Infuzar fil-lokalitajiet tal-Qrendi, Ħal Kirkop, Imqabba, iż-Żurrieq u Ħal Safi sabiex inkun żgurat li ħwienet li jbiegħu jew jagħtu servizz mhux essenzjali jibqgħu magħluqin.

Dan wara li din il-miżura tħabbret mill-Gvern il-Ħadd li għadda.

B’hekk id-Dwana qiegħda tikkontribwixxi għal din il-pandemija u tkun t’għajnuna għall-uffiċjali tal-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *