Joħorġu mas-700 platt kuljum għall-ħaddiema tas-saħħa – One News

Notifiki

Joħorġu mas-700 platt kuljum għall-ħaddiema tas-saħħa


Minn fuq it-televiżjoni mar dritt l-isptar Mater Dei, mhux għall-kura imma biex minflok jitma lil diversi ħaddiema meqjusa bħala eroj li bħalissa qed jikkumbattu l-pandemija tal-Coronavirus.

Chef Dario, dawwar sitwazzjoni qarsa għal waħda pożittiva.

B’azzjoni altruista spiċċat nibtet l-organizazzjoni Feeding Heroes.

Grupp ta’ kokijiet ingħaqdu ma’ Chef Dario, biex ilkoll flimkien b’mod volontarju jwasslu platti ta’ ikel bnin lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa fost oħrajn.

Huwa spjega: “Aħna l-main hu l-isptar, imma ovvjament imma mbgħad fejn jidderiġuna, għax aħna hawnhekk għandna direzzjoni min-naħa tal-Gvern u min-naħa tal-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol li fejn inkunu nistgħu ngħinu, jagħtuna l-addresses u aħna nikuntattjawhom naraw kemm għandhom nies kemm ikunu qed jaħdmu u fejn nistgħu nagħtu daqqa t’id, aħna għalhekk qegħdin hawnhekk.”

Il-kok spejgalna kif fi ftit jiem li ilha mwaqqfa din l-organizzazzjoni bosta huma dawk li resqu biex jagħtu l-għajuna tagħhom, kemm b’ħinhom kif ukoll b’donazzjonijiet ta’ ikel, tant li kuljum mill-kċina tal-iskola fil-Kulleġġ San Benedittu qed joħorġu mas-700 platt.

Huwa sostna: “Bil-għajnuna tal-bdiewa u n-nies li qed iġibulna dan l-ikel kollu nistgħu nagħmlu xelta ta’ ikel imsajjar differenti, qed nipprovaw kemm jista’ jkun ndaħħlu l-ħaxix u nħallu l-affarijiet healthy kemm jista’ jkun; ma nużawx ħafna mluħa u żjut.”

L-appoġġ qed jasal minn kull rokna f’Malta, saħansitra anke mill-gżira Għawdxija li jaħdmu qatigħ fil-kċina li topera kuljum bejn it-8:00 ta’ filgħodu u l-10:00 ta’ filgħaxija.

Chef Dario kompla jispjega: “Through l-organizazzjoni tagħna wassal l-isptar ‘il fuq minn għaxar cakes, għamilhom kollha hu, illum ġie magħna hawnhekk minn Għawdex. Wasal hawnhekk, jiġifieri kellu triq mhux ħażin kellu l-vapur u kollox, illum qiegħed hawnhekk ġurnata magħna.”

Intant mhix l-iskola biss ta’ Ħal Kirkop qed tintuża f’opra tajba oħra f’dan iż-żmien ta’ sfida.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed joffri wkoll numru ta’ skejjel oħra biex minnhom jingħataw diversi servizzi fosthom stazzjon ieħor għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-iskola Sekondarja ta’ Ħad Dingli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend