Ingliż jitlef appell biex jiġi estradit fuq każ ta’ qtil – One News

Notifiki

Ingliż jitlef appell biex jiġi estradit fuq każ ta’ qtil

Ingliż li ġie f’pajjiżna wara li kien qed jiġi mfittex fir-Renju Unit fuq bosta akkużi fosthom qtil brutali li sar fl-2003, tilef l-aħħar appell biex iwaqqaf l-estradizzjoni lejn pajjiżu.

Il-Qorti Maltija qalet li jekk jintbagħat lejn pajjiżu biex jaffaċċja akkużi kriminali, Christopher Guest More mhux se jinkisrulu d-drittijiet fundamentali tiegħu.

Ir-raġel kien fost l-aktar persuni mfittxija fl-Ewropa u wara sittax-il sena maħrub, f’Ġunju li għadda ġie arrestat f’Malta.

L-awtoritajiet Ingliżi kienu talbu biex ir-raġel jiġi estradit ħalli jaffaċċja l-ġustizzja.

More hu mixli b’każ ta’ qtil ta’ raġel li ġie msawwat, ittortural imbagħad maqtul quddiem uliedu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *