ARA: L-ewwel konferenza tal-aħbarijet tax-xorti tagħha – One News

Notifiki

ARA: L-ewwel konferenza tal-aħbarijet tax-xorti tagħha


It-tagħrif permezz tal-ġurnaliżmu huwa wieħed mis-servizzi li jridu jibqgħu jingħataw f’dawn iż-żminijiet.

Ix-xandiriet fuq facebook biex wieħed ikun jista’ jsegwi saru komuni ħafna.

Iżda, l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi mar pass ieħor meta organizza l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet fejn il-ġurnalisti setgħu anke jistaqsu mill-uffiċċju tagħhom.

Il-Ministru Camilleri spjega: “Mhux biss tkunu tistgħu ssegwuna minn fuq  live tal-korp iżda l-ġurnalisti minn ġewwa l-uffiċini tagħhom, mid-dar tagħhom jistgħu jistaqsu l-mistoqsijiet li jħossu li jistgħu jistasqsu.”

Tkellimna ma’ Rebecca Buttigieg, il-kelliem tal-istess Ministeru, li spjegat kif ħadem il-Ministeru tal-Intern biex il-ġurnalisti setgħu kienu parteċipi minn djarhom.

B’sistemi bħal dawn il-midja tkompli bis-servizz tagħha f’dan iż-żmien ta’ sfida u ċertu xogħol li forsi anke m’għandux x’jaqsam mal-Coronavirus ikun jista’ jibqa’ għaddej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend