Miżuri ta’ serħan il-moħħ li jsalvaw l-impjiegi – Sidien ta’ negozji – One News

Miżuri ta’ serħan il-moħħ li jsalvaw l-impjiegi – Sidien ta’ negozji

Miżuri ta’ serħan il-moħħ.

Dan kien is-sentiment tas-sidien ta’ negozji għat-tielet pakkett ta’ miżuri mħabbar mill-Gvern mmirat biex jgħin lill-ħaddiema u l-familji tagħhom flimkien man-negozji li intlaqtu mill-effett negattiv ekonomiku kawża tal-imxija tal-Coronavirus.

L-aktar miżura li laqtet l-għajn kienet dik fejn il-Gvern se jħallas paga ta’ tmien mitt ewro fix-xahar lil madwar sittin elf ħaddiem li jaħdmu f’oqsma li ntlaqtu mill-impatt ekonomiku kawża ta’ dan il-virus.

Natthew Bezzina, il-Kap Eżekuttiv ta’ kumpanija li toffri servizz biex twassal in-nies minn post għall-ieħor qal li l-miżuri affetwawhom tajjeb ħafna għax se jkunu ta’ spalla biex ikun jista’ jżomm il-ħaddiema.

L-għan tagħna li ma jintilfux impjiegi u se nipprovaw ninvestu fil-kumpanija ħalli la tgħaddi din il-kriżi nkomplu bl-operat.” Stqarr Bezzina.

Matthew Pace, sid ta’ ristorant u segretarju tal-assoċjazzjoni tal-catering, qal li huwa sodisfatt bil-miżuri mħabbra sabiex la jgħaddi dan il-perjodu diffiċli, l-ħaddiema jkomplu jagħtu servizz.

Pace qal, “Għalina kien peace of mind. Nistgħu nzomm l-istaff sakemm jgħaddi kollox. Waħda mill-concern apparti l-cashflow kienet kif ha terġa isib l-istaff allura issa once li jgħaddi kollox terga tkompli fejn ħallejt.”

Liz Barbaro Sant, id-direttur ta’ kumpanija li tipprovdi apparat ta’ sigurtà qalet li l-kumpanija tagħha qed tara liema miżuri n-negozju li tmexxi jista’ jibbenefika minnhom.

Il-miżuri li tħabbru ilqajnihom. Qegħdin nitterminaw x’japplika għalina. L-issue ta’ salarji. Għandek l-issuee ta’ deferal pero ħa nevitawha għax il-pagi xorta iridu jitħallsu.” Ikkonkludiet tgħid Barbaro Sant.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend