Ħadd ma jweġġa’ waqt serqa minn ħanut tal-merċa fl-Imsida – One News

Ħadd ma jweġġa’ waqt serqa minn ħanut tal-merċa fl-Imsida

Il-bieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11 seħħet serqa f’ħanut tal-merċa fi Triq San Lwiġi fl-Imsida.

Meta ntalbet l-assistenza tal-pulizija, minnufih marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa allegatament daħal fil-ħanut b’arma li taqta’ u bil-ponta.

L-allegat ħalliel talab il-flus lill-kaxxiera tal-ħanut – żewġt irġiel Indjani ta’ 34 u 30 sena rispettivament.

Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post hekk kif irnexxielu jieħu l-flus.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin iżda f’dan il-każ ma weġġa’ ħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend