Ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Mara b’risq Hospice Malta – One News

Ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Mara b’risq Hospice Malta

Aktar minn 150 mara nġabru fis-6 ta’ Marzu biex jiċċelebraw Jum il-Mara, filwaqt li għinu biex jinġabru fondi għal Hospice Malta, NGO li tipprovdi servizzi ta’ kura paljattiva mingħajr ħlas, għal aktar minn 1000 pazjent kull sena.

Hospice Malta bħalissa qiegħda tiġbor fondi għal St Michael Hospice, kumpless ġdid li qiegħed jinbena għall-pazjenti tagħhom.

Dawk li attendew l-avveniment ta’ Jum il-Mara gawdew ġurnata sabiħa b’riċeviment speċjali. Hospice Malta organizzat wkoll raffle u qassam riġal żgħir lin-nisa preżenti.

Dawk kollha li jixtiequ jgħinu lil Hospice Malta huma ġentilment imħeġġa jżuru  https://hospicemalta.org/product/donation-general/ u jagħmlu donazzjoni online. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend