Tirrenja l-konfużjoni fl-oppożizzjoni anke waqt il-Coronavirus – One News

Tirrenja l-konfużjoni fl-oppożizzjoni anke waqt il-Coronavirus


Il-konfużjoni fil-Partit Nazzjonalista kompliet tirrenja fejn l-id il-leminija ma tafx x’inhi tagħmel l-id ix-xellugija.

Fil-jiem li għaddew il-Kap tal-Oppożizzjoni prova jippolitiċizza l-miżuri li qiegħed jieħu l-Gvern dwar l-imxija tal-Coronavirus, bil-Gvern iżommu kuntatt kontinwu mal-Oppożizzjoni biex jispjega ħidmet l-awtoritajiet f’dan iż-żmien.

Fil-Parlament, it-Tlieta filgħaxija l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li sema’ għall-ewwel darba bis-sejħa ta’ bini ta’ sptar ġdid b’materjal pre-fabbrikat.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħ, Chris Fearne stqarr: “Illi nżidu numru ta’ sodod fl-ITU. Dawn ħa jsalavaw l-ħajjiet. Qalilna li sema’ biha illum, hux hekk għidtilna sur Kap tal-Oppożizzjoni.”

Madankollu d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-saħħa Chris Fearne żvela li l-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-saħħa Stephen Spiteri m’attendiex għal-laqgħa li fih ġie diskuss il-bini ta’ sptar ġdid fi tmien ġimgħat.

Id-Deputat Prim Ministru spjega li hu informa lil Stephen Spiteri b’dan il-proġett. Huwa sostna: “Wara din il-laqgħa ċempiltlu lil Dr Spiteri u qalli Proset. Li ma qallekx Kap tal-Oppożizzjoni mhux tort tiegħi imma tort ta’ diżorganizzazzjoni li għandkom. Imma li tiġi hawn u tgħid li ma tafx kif saret bir-rispett kollu kieku ġie għal-laqgħa u qallek kont taf.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend