Inkixfet li pruvat tisraq wara li żelqet – One News

Inkixfet li pruvat tisraq wara li żelqet

Ellie Briffa ta’ 26 sena inżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti fuq attentat ta’ serq minn ħanut tal-logħob.

Il-każ ġara fis-16 ta’ Marzu filgħaxija f’ħanut tal-logħob f’Rue D’Argens, il-Gżira.

Fil-Qorti nstema’ li t-tfajla daħlet fil-ħanut biex tisraq u żammet lill-impjegat fil-ħanut kontra l-volontà tiegħu.

Wiċċha kien mgħotti b’xalla, iżda xħin kienet se titlaq mill-ħanut żelqet u deher parti minn wiċċha. Bil-pulizija rat parti minn wiċċ l-akkużata mill-filmati elevati mill-cameras tas-sigurtà li hemm fil-ħanut.

Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, it-tfajla ċaħdet l-akkużi miġjuba kontriha.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Fabian Fleri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend