AĠĠORNAT: Sajjetta tolqot il-kamra tan-nar tal-Karmnu fiż-Żurrieq – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Sajjetta tolqot il-kamra tan-nar tal-Karmnu fiż-Żurrieq

Fortunatament ħadd ma weġġa’ wara li splodiet il-Kamra tan-Nar tal-Karmnu fiż-Żurrieq.

Jirriżulta li l-kamra fejn hemm il-magna tal-porvli intlaqtet minn sajjetta għall-ħabta tal-ħamsa neqsin kwart ta’ waranofsinhar.

Fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ta’ membri mid-dipartiment tal-isplussivi tal-Forzi Armati ta’ Malta.

L-investigazzjoni qed titmexxa mill-Pulizija tad-distrett.

Ritratt: Geoffrey Schembri

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend