Il-unions jilqgħu wkoll it-tielet pakkett ta’ miżuri – One News

Il-unions jilqgħu wkoll it-tielet pakkett ta’ miżuri


Matul il-jum kienu diversi unjins wkoll li faħħru l-passi li ħa l-Gvern sabiex jipprovdi għajnuna lil dawk l-iktar milquta ħażin mill-imxija tal-Coronavirus.

Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union Josef Bugeja spjega kif id-djalogu soċjali mal-Gvern ħadem.

Is-Sur Bugeja stqarr: “Il-General Workers Unjin sodisfatta u sodisfatta fuq diversi livelli. L-ewwel nies il-Gvern aħna minn dejjem għidna li għandu jkun hemm għajnuna direta għall-impjegati u l-Gvern mexa ma’ din il-linja u l-pakkett li nieda lbieraħ huwa biex jissalvagwardja l-impjiegi u ż-żamma tal-impjiegi. Hija għajnuna diretta għall-impjegati barra minn hekk sodisfatti wkoll għax id-djalogu soċjali qed jiffunzjona.”

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb qabbel l-industrija l-aktar milquta mill-impatti negativi ekonomiċi tal-Coronavirus bħala pazjenti.

Huwa sostna: “Dan huwa l-pakkett li jindirizza l-pazjent l-aktar li għandu l-ġrieħi l-kbar, qegħdin nindirizzaw l-ikbar ġrieħi li l-pajjiż għandu bħalissa u naħseb il-move li għamilna lbieraħ kien tajjeb ħafna.”

Il-President tal-Forum Unions Maltin, Marco Bonnici qal li dan it-tielet pakkett ta’ miżuri jerġa’ jixhed l-impenn tal-Gvern li minkejja li fil-jiem li għaddew kien ħabbar żewġ pakketti oħra xorta ħass li kellu jibqa’ jgħin.

Is-Sur Bonnici qal: “Il-Gvern għamel tajjeb li daħal f’dawn iċ-ċirkostanzi. Daħal issa bħalma anke għamel miżuri aktar qabel għax din ma tistax toħodha in isolation. Hija miżura li tibni fuq il-miżuri li ħabbar qabel. Jiġifieri aħna bħala Forum naqblu magħha l-importanti li jkollna l-kuraġġ issa li nkomplu għaddejin u mexjin biex negħlbu d-diffikultajiet li għandna bħalissa.”

Intant il-Kamra tal-Intrapriżi żgħar u medji fi stqarrija wkoll laqgħet il-passi tal-Gvern hekk kif spjegat li dawn il-miżuri ser jagħtu nifs lin-negozji l-iktar milquta għax-xhur li ġejjin.

Passi li ser jgħinhuom wkoll jżommu l-impjegati tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend