Għada jiftħu żewġ ċentri ġodda għat-testijiet tal-Coronavirus – One News

Notifiki

Għada jiftħu żewġ ċentri ġodda għat-testijiet tal-Coronavirus

Minn għada se jibdew joperaw żewġ ċentri oħrajn għall-iswabbing tal-Coronavirus. Dawn iż-żewġ hubs se jkunu qed jiżdiedu mal-hub eżistenti li hemm f’Ħal Farruġ. B’hekk ikunu jistgħu jsiru aktar testijiet, jiġu identifikati aktar persuni pożittivi li jiġu iżolati mill-ewwel, u b’hekk jitnaqqas it-tixrid tal-Coronavirus.

Iċ-ċentru l-ġdid f’Malta se jkun fil-Luxol Grounds f’Pembroke, u bħaċ-ċentru ta’ Ħal Farruġ, dan se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-08.00 sat-20.00.

Iċ-ċentru l-ġdid fit-terminal tal-helipad, fix-Xewkija Għawdex, se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-08.00 sas-14.00.

Importanti li dawk kollha li għandhom xi sintomi jċemplu 111 u mhux imorru minn jeddhom fiċ-ċentru. Iċ-ċentri kollha ma jaċċettawx persuni mingħajr appuntament. Importanti wkoll li persuna, biex tmur iċ-ċentru, ma tużax trasport pubbliku, taxi jew bil-mixi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend