Fi Frar naqas il-qgħad b’9.3% – One News

Notifiki

Fi Frar naqas il-qgħad b’9.3%

Ix-xahar li għadda n-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol naqas b’aktar minn 9% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.

Statistika ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet li fi Frar li għadda kien hawn ftit aktar minn 1,600 persuna tirreġistra għax-xogħol għand il-JobsPlus.

Dan fisser tnaqqis ta’ kważi 160 fuq Frar tal-2019.

Dawk li kienu jirreġistraw għax-xogħol għal madwar ħames xhur sa sena naqas ukoll filwaqt li l-ikbar tnaqqis kien fl-ammont ta’ persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend