Delia ma jġerraħx il-fatt li l-miżuri ntlaqgħu tajjeb – One News

Delia ma jġerraħx il-fatt li l-miżuri ntlaqgħu tajjeb


Fl-istess ħin li l-imsieħba soċjali kienu qed jilqgħu it-tielet pakkett ta’ miżuri li se jagħtu spalla lin-negozji u lill-ħaddiema, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma ġerraħx dan.

F’konferenza tal-aħbarijiet li fih kritika dan il-pakkett ta’ sebgħin miljun ewro fix-xahar, Delia nfexx jattakka lil Prim Ministru u għajnu marret ukoll fuq l-imsieħba soċjali li kienu bilqiegħda wara l-Prim Ministru.

Huwa stqarr: “Ilbieraħ poġġa l-imsieħba soċjali warajh jidhru fid-dlam mhux poġġa bilqiegħda magħhom fuq il-mejda.”

Din id-dikjarazzjoni ta’ Delia, li skont hu l-Gvern ma poġġiex bilqiegħda mal-imsieħba soċjali biex jintlaħaq ftehim, ġiet imgiddba saħansitra mill-imsieħba soċjali stess.

Stqarrija tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Lukandiera u r-Ristoranti, l-MHRA maħruġa t-Tlieta waranofsinhar faħħret lill-Prim Ministru għad-dedikazzjoni li wera tul dawn l-aħħar jiem diffiċli.

Intant f’konferenza tal-aħbarijiet ta’ nofssiegħa, Delia baqa’ jirrifjuta li jgħid imqar kelma favur dan l-aħħar pakkett ta’ miżuri imfaħħar minn kulħadd, imbagħad ħarab milli jwieġeb.

Delia sostna: “Xi ħadd ieħor. Imma se taqbel mal-imsieħba soċjali? Grazzi xi ħadd ieħor?”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend