Bil-ħwienet magħluqa xorta kun seqer fuq ix-xiri online – One News

Bil-ħwienet magħluqa xorta kun seqer fuq ix-xiri online


Bil-ħwienet li jbiegħu prodotti mhux essenzjali magħluqa bħala prekawzjoni kontra t-tixrid tal-Coronavirus, ix-xiri online kompla jiżdied.

F’din is-sitwazzjoni, il-konsumatur huwa mħeġġeġ li jkun aktar viġilanti, kif tispjega d -Direttur tal-Informazzjoni u r-riċerka tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, Odette Vella.

Hija spjegat: “Qabel ma l-konsumatur jħallas għal prodott importanti li waqt li qed jagħmel dan il-pagament jiċċekkja ċertu affarijiet fuq is-sit elettroniku biex jaċċerta li dak is-sit huwa sigur.”

Hija spjegat: “Li għandu jevita żgur il-konsumatur huwa li jagħmel trasferiment tal-flus direttament fil-kont bankarju tal-bejjigħ.”

Il-konsumatur għandu jaċċerta wkoll li s-sit ikun sigur billi jara li l-indirizz elettroniku ikollu l-ittra S u katnazz.

Is-Sinjura Vella sostniet: “Noqogħdu attenti għax jista’ jkun li l-profil li jkunu qegħdin jużaw ċertu persuni biex joffru ċertu prodotti għall-bejgħ jista’ jkun li ma jkunx ġenwin.”

Odette Vella spjegat li dawk li jixtru online għandhom perjodu ta’ 14-il jum biex jaraw jekk il-prodott li jkunu raw fuq l-iscreen tal-aġġeġ tagħhom jew  fuq il-kompjuter hux skont dak li xtaqu.

Hija kompliet tispjega: “Jista’ jkun li l-prodott ikun perfett, ma jkun fih xejn ħażin, eżatt kif imwiegħed mill-bejjiegħ imma sempliċiment meta aħna wasal għandna; jew reġa’ bdielna jew ma kienx skont l-aspettativi tagħna hemmhekk il-liġi tagħtina d-dritt li dak il-prodott nerġgħu nibgħatuh lura għand il-bejjiegħ u nieħdu flusna lura.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend