Malta t-tielet l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li qed jagħmel testijiet għal Coronavirus – One News

Notifiki

Malta t-tielet l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li qed jagħmel testijiet għal Coronavirus

Ir-rata ta’ testijiet li qegħdin isiru f’pajjiżna b’rabta mal-Coronavirus hija waħda mill-aktar għolja ras imb’ras fl-Ewropa. Fil-fatt, Malta hija t-tielet pajjiż Ewropej fejn l-aktar li qed isiru testijiet.

Aktar kemm isiru testijiet, aktar wieħed jista’ jsib persuni li huma pożittivi u jkun jista’ jiżolahom, u jkunu jistgħu jiġu identifikati u mpoġġija fi kwarantina l-kuntatti li wieħed kellu.

L-aktar pajjiż Ewropej li qed isiru testijiet għall-Coronavirus huwa l-Iżlanda, segwit min-Norveġja u wara Malta.

Il-laboratorju tal-Patoloġija fl-Isptar Mater Dei mil-lum beda wkoll iżżid l-ammont ta’ testijiet li qiegħed jittestja. Fil-fatt, issa se jibdew jiġu ttestjati l-iswabs għall-Coronavirus f’erba’ ħinijiet differenti matul il-ġurnata, minflok tlieta, kif kien qed isir s’issa.

Fil-ġranet li ġejjin, f’pajjiżna se jkunu wkoll qed jiżdiedu żewġ faċilitajiet oħra fejn isiru l-iswabs. Fil-fatt, minbarra l-iswab hub ta’ Ħal Farruġ, se jiżdied wieħed fix-Xewkija, Għawdex, u ieħor f’Pembroke.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend