Kull priġunier ġdid qed jinżamm kwarantina f’diviżjoni separata minħabba l-coronavirus – One News

Notifiki

Kull priġunier ġdid qed jinżamm kwarantina f’diviżjoni separata minħabba l-coronavirus


Priġunieri ġodda li jidħlu fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin qed jinżammu f’diviżjoni għalihom u ma jitħalltux mal-priġunieri l-oħra.

Din hija waħda minn sensiela ta’ miżuri li qegħdin jittieħdu mid-Direttur tal-ħabs, il-Kurunell Alexander Dalli bħala prekawzjoni minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Kull priġunier ġdid qed jinżamm kwarantina f’diviżjoni separata minħabba l-coronavirus

Fil-ħabs hemm mat-800 priġunier. Bit-tmexxija tal-ħabs waqfet iż-żjarat tal-qraba tal-priġunieri.

Ma’ ONE News, il-Kurunell Dalli spjega li kull filgħodu, fis-6:00 qed titieħed it-temperatura tal-ġisem ta’ kull priġunier.

Dan apparti miżuri oħra.

Is-Sur Dalli sostna: “Kull filgħodu xħin nidħlu għax-xogħol ngħaddu minn ġo tray jitnaddfu ż-żraben. Jilbsu l-maskri u anki jittieħed id-deni tal-gwardjani.”

 Il-Kurunell Aleaxander Dalli spjega kif fi Frar li għadda beda bi pjan ta’ kontinġenza.

Spjega li l-ħabs għandu provvista ta’ ikel u affarijiet neċċessarji oħra sabiex f’każ ta’ lockdown kollox jibqa’ għaddej b’mod normali.

Huwa kompla jispjega: “Preparajna fejn norqdu aħna. Għandna stock ta’ ikel. Se nagħmlu l-almu tagħna.”

Qal li parti mill-ħabs inbidel fi sptar sabiex f’każ li jfeġġ xi każ f’Kordin, il-persuni jinżammu iżolati fuq il-post.

Il-Kurunell Alexander Dalli temm jispjega: “Għandi tlett tobba tajbin immens. Se jitkellmu mal-awtoritajiet biex naraw fejn jiġu ikkurati. Għandna ambulanza oxygen u anki fire engine.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend