Il-bidla fil-ħatra ta’ Kummissarju fi stadju ieħor – One News

Notifiki

Il-bidla fil-ħatra ta’ Kummissarju fi stadju ieħor


Għalkemm il-pajjiż għaddej minn mument ta’ sfida riżultat tal-imxija tal-virus Coronavirus, il-Parlament qed jissokta bil-ħidma tiegħu.

Biex hekk il-Gvern qed jibqa’ jimbotta ‘l quddiem bidliet leġiżlattivi biex l-istrutturi tas-saltna tad-dritt u d-demokrazija f’pajjiżna jkunu iktar b’saħħithom.

Matul il-jum tal-Erbgħa l-liġi dwar il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija se tibda tkun diskussa fil-fażi ta’ kumitat. Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi, spjega kif il-pajjiż irid jibqa’ għaddej bil-programm ta’ riformi tiegħu.

Bil-proposta tal-Gvern, għall-ewwel darba l-Kummissarju tal-Pulizija se jkun qed jinħatar wara sejħa pubblika. Din il-proposta diġa’ kienet diskussa fil-plenarja tal-Parlament.

Il-Ministru Camilleri sostna: “Dan se jkun l-ewwel Gvern li jerħi minn idejh dan il-poter assolut li jaħtar il-Kummissarju tal-Pulizija. Hija bidla kbira li timxi wkoll skont ir-rakkomandazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet internazzjonali bħal Kummissjoni Venezja. Hija xi ħaġa li ilna nisimgħu dwarha, iżda li kien dan il-Gvern li kellu l-kuraġġ jagħmilha.”

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista sa issa ħadet pożizzjoni kontra l-proposta tal-Gvern li minbarra s-sejħa pubblika, tinkludi wkoll l-iskrutinju ta’ kumitat parlamentari għall-ħatriet pubbliċi.

Iktar minn hekk il-Prim Ministru qed jirrinunzja l-VETO li rrakkomandat li għandu jkollu l-Kummissjoni Venezja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend