F’Spanja: Jinstabu mejta u abbadunati f’dar tal-anzjani – One News

F’Spanja: Jinstabu mejta u abbadunati f’dar tal-anzjani

Is-suldati Spanjoli li kienu qed jagħtu daqqa t’id fi ġlieda kontra l-pandemija tal-Coronavirus sabu numru ta’ pazjenti anzjani mejta u abbandunati fi djar residenzjali. 

Huma ġew msejjħa sabiex jiddisinfettaw numru ta’ djar residenzjali.

Intant il-Prosekuturi Spanjoli fetħu investigazzjoni fuq dan il-każ.

Spanja huwa wieħed mill-aktar pajjiż Ewropew milqut bil-Coronavirus u t-Tnejn ġew rreġistrati l-aktar ammont ta’ mwiet f’ġurnata dak ta 462. Issa l-ammont b’kollox huwa dak ta’ 2,181 vittma.

Sadanittant f’Madrid dak li kien jintuża bħala ice rink issa qed jintuża bħala kamra mortwarja b’mod temporanju għal vittmi tal-Coronavirus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend